Droga
7 persuni arrestati wara li nqabdu bid-droga f’garaxx

7 persuni ġew arrestati waqt rejd kontra d-droga f’garaxx fi Triq il-Mejjilla, Ħal Qormi.

Il-persuni arrestati huma minn Ħal Qormi, il-Belt Valletta, iż-Żejtun, l-Imsida u San Pawl il-Baħar u l-età tagħhom tvarja bejn 38 u 47 sena.

Ġewwa l-imsemmi garaxx instabu diversi pakketti b’sustanzi ta’ lewn kannella u abjad li huma suspettati droga eroina u kokaina  rispettivament li kienu lesti biex jiġu ttraffikati, flimkien ma’ affarijiet oħra relatati mal-abbuż tad-droga.

Dwar is-sejba ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Vella li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-BirdLife Malta bdiet proġett ta’ riċerka dwar il-passa tal-gamiem. Qalet li fir-rebbiegħa li għaddiet permezz ta’ ċippa li tpoġġiet fuq tliet gamiem saret taf li tnejn minnhom waslu lura fl-Ewropa…

Kronaka

Il-Korp tal-Pulizija qed jiċħad li ngħatat ordni lil xi uffiċjal tal-pulizija biex jagħmel kuntatt ma’ persuna jew persuni li jmexxu paġna fuq il-midja soċjali biex ineħħu l-filmat ta’ kuntistabbli fuq…

Lokali

L-Aġent Kummissarju tal-Pulizija ntalab jinvestiga filmati minn dashcams li allegatament juru l-vettura tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina jinjora l-ordnijiet tal-pulizija tat-traffiku u jostakola korozza li kienet skortata mill-pulizija. Il-każ allegament seħħ…

Aktar