COVID-19
7 persuni mmultati llum wara li nstabu fi gruppi ta’ aktar minn 4

7 persuni ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija u l-Environmental Health Officers għamlu biex jassiguraw li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 4 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fit-322 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.