Qorti
Jirrakkonta l-agunija li għadda minnha pazjent 7 snin ilu

Seba’ snin wara li  pazjent fl-Isptar Karin Grech faga mejjet waqt li kien qed jiekol tiġieġa ntemmu l-proċeduri kriminali kontra tliet membri tal-istaff tal-infermiera.

L-infermiera Maria Bondin ta’ 61 sena minn Raħal Ġdid, Carol Bonnici ta’ 59 sena mis-Siġġiewi u David Sant ta’ 34 sena mill-Għargħur kienu akkużati bl-omiċidju involontarju wara l-inċident li kien seħħ nhar is-7 ta’ Marzu, 2012.

Min-naħa tagħhom l-infermiera saħqu li huma innoċenti fil-mewt tal-pazjent li dak iż-żmien kellu 64 sena.

Ir-raġel, li kien ibati mid-dimensja u li kellu l-ħtieġa li jkun assistit meta jiekol, kien jinsab l-isptar meta faga fl-ikel u nstab wiċċu ‘l isfel fil-kamra tal-banju.

L-avukat Stefano Filletti, li deher għall-armla tar-raġel, qal li l-mewta tar-raġel kienet qisha storja minn ta’ Charles Dickens. Huwa qal li r-raġel ħa biċċa mill-ikel u mar it-toilet. Qal li hemm ħa l-aħħar nifs tiegħu wiċċu ‘l isfel mal-art mgħannaq ma’ toilet. Saħaq li dan il-każ seta’ ġie evitat.

Il-vittma, li kellu problema biex jogħmod u li tpoġġa taħt dieta ta’ ‘soft food’, ingħata tiġieġ bħala ikel. Dak iż-żmien it-tiġieġ kien jaqa’ taħt ‘soft food’ fir-regolamenti tal-isptar. Madankollu l-laħam kellu jiġi servut lill-pazjent imqatta’ sew. L-avukat Dr Filletti saħaq li ħadd mill-infermiera ma ċċekkja l-platt, liema affari taqa’ taħt ir-responsabbiltà medika u mhux ta’ min jipprovdi l-ikel. Saħaq li xi ħadd kellu jibqa’ mal-pazjent waqt li qed jiekol u li l-istaff kien negliġenti fid-dmirijiet tiegħu.

Min-naħa tagħha d-difiża tal-infermiera saħqet li kienet is-sistema li falliet u mhux l-istaff. Sostniet li tant hu li s-sistema li falliet li l-isptar bidel ir-regoli tiegħu.

L-Avukat ta’ wieħed mill-infermiera, Dr Stephen Tonna Lowell saħaq li l-inkjesta maġisterjali ma kinitx konklussiva u li l-pulizija ntalbu jkomplu jinvestigaw.

Żied jgħid li l-inkjesta, li ġiet konklusa fl-2012, ħalliet ħafna mistoqsijiet bla tweġiba fosthom għala t-tiġieġa kienet ikklassifikata taħt ‘soft food’. Stqarr li wara l-każ it-tiġieġ ġie jikklassifika ma’ ‘regular diet’. Staqsa kif it-tiġieġa setgħet tiġi mgħaffġa jekk fil-ward ma kienx hemm liquidizer u l-frieket u s-skieken kienu tal-plastik.

Huwa qal li l-klijent tiegħu, wieħed mill-infermiera, kellu jieħu ħsieb 2 pazjenti fi kmamar differenti u saħaq li kienet ħaġa impossibbli li jkun maż-żewġ pazjenti fl-istess ħin.

Għaż-żewġ infermiera l-oħra dehru Dr Michael Sciriha u Dr Joseph Grech, li lkoll qablu li xi ħaġa fit-tmexxija tal-isptar marret ħażin u prova ta’ dan hi li wara l-inċident inbidlu l-affarijeit.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Cimech aġġornat il-każ għal Marzu għas-sentenza.

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija u Finanzi

Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Gvern kellu surplus fil-finanzi pubbliċi għaliex daħħal aktar milli nefaq. Ċifri tal-Eurostat maħruġa għall-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea skont il-kriterji tal-patt ta’ stabilità ta’ Maastricht juru li l-Gvern…

Qorti

Raġel li ħebb għal kandidat tal-Partit Demokratiku li se jikkontesta l-elezzjoni għall-Kunsill Lokali ingħata l-libertà kkundizzjonata u ġie ordnat biex joqogħod ‘l bogħod minnuu. Jack Azzopardi ta’ 32 sena mill-Qrendi…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li minkejja li Malta hija pajjiż newtrali, ma jfissirx li għandha tagħlaq għajnejha. Huwa qal dan waqt li kien qed iwieġeb għad-domandi tal-ġurnalisti dwar id-deċiżjoni…

Politika

L-għada li għalqu n-nomini tal-kandidati għall-elezzjonijiet lokali, il-Partit Laburista qal li kien għall-Partit Nazzjonalista l-elezzjonijiet ma kienux isiru f’diversi lokalitajiet u ser isiru għax il-Partit Laburista ħareġ aktar kandidati biex…

Aktar