Qorti
7 xhur ħabs wara li nqabad jipprova jivjaġġa b’dokumenti foloz

Nigerjan ta’ 22 sena intbagħat seba’ xhur ħabs wara li wieġeb ħati li kellu dokumenti foloz.

Ali Easa Harth ġie arrestat mill-Pulizija mit-taqsima tal-immigrazzjoni fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta is-Sibt wara nofsinhar meta pprova jivvjaġġa lejn Katanja.

Il-prosekuzzjoni kienet immexija mill-ispettur Lara Butters waqt li l-Avukat tal-għajnuna legali Francina Abela dehret għan-Niġerjan.