Sport
70 ċiklista jduru bir-rota f’Jum il-Kottonera

Il-Fondazzjoni Kottonera u l-Bicycle Advocacy Group ingħaqdu flimkien biex  jagħtu opportunità lid-delettanti tar-rota jipprattikaw id-delizzju tagħhom filwaqt li japprezzaw il-patrimonju kulturali li hija mogħnija bih il-Kottonera.

L-attività sabet ukoll l-appoġġ tal-Kunsilli Lokali tal-ibliet tal-Kottonera.

Madwar 70 ċiklista ħadu l-opportunità biex iduru dawra ta’ aktar minn 7 kilometri fuq ir-rota madwar il-Kottonera filwaqt li tgħallmu japprezzaw ferm aħjar il-patrimonju kulturali u arkitettoniku tal-ibliet tal-Kottonera.

L-inizjattiva għal din l-attività ttieħdet mill-Fondazzjoni Kottonera u l-Bicycle Advocacy Group bil-għan li jnisslu apprezzament akbar anke fost ir-residenti għall-wirt u l-ambjent ta’ Bormla, l-Isla, il-Birgu u l-Kalkara.

Glenn Bedingfield li jmexxi l-Fondazzjoni Cottonera qal li attività bħal din, barra li tgħin biex jissaħħaħ l-apprezzament tar-residenti għall-wirt kulturali tgħinhom ukoll biex jagħmlu eżerċizzju għal saħħithom.

L-organizzazzjoni tħalliet f’idejn il-Bicycle Advocacy Group li huwa attiv ħafna biex titqanqal kuxjenza dwar mezzi altarnattivi ta’ trasport ħalli jitħares l-ambjent. L-Uffiċjal tal-Attivitajiet tal-Bicycle Advocacy Group Daniel Vella qal li l-attività hija wkoll okkażjoni għall-familja kollha.

L-attività saret bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali fosthom tas-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina li anke ngħaqad f’din l-attività biex jinkoraġġixxi parteċipazzjoni akbar tar-residenti.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Mit-Tnejn li ġej l-Università ta’ Malta se jibdew ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni għal tliet elef u ħames mitt student, li aktar minn sittin fil-mija minnhom huma nisa. F’quddiesa ta’ ringrazzjament, l-Isqof…

Statistika

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li kien hemm 31 studenti tfajliet li ġew riferuti lis-servizz Għożża tul is-sena skolastika li għaddiet. Is-servizz Għożża joffri għajnuna lil tfajliet fl-età tal-iskola obbligatorja…

Lokali

565 persuna kienu rrapportati lill-Pulizija bħala nieqsa mill-bidu tas-sena sa tmiem Settembru. Minn dawn il-persuni 514 instabu waqt li 51 oħra għadhom irrapurtati nieqsa. Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Affarijiet…

Aktar