Lokali
70 parteċipant se jieħdu sehem f’kompetizzjoni internazzjonali tal-pjanu f’Malta

Matul il-Malta International Music Festival li huwa mifrux fuq 15-il ġurnata ser tinżamm kompetizzjoni internazzjonali tal-pjanu ta’ livell internazzjonali.

Minn 728 parteċipant li jirrappreżentaw 74 pajjiż fi ħdax-il kompetizzjoni ntgħażlu 70 li ser jieħdu sehemm fil-kompetizzjoni li ser tibda llum f’Malta. Il-kompetizzjoni ser tkun maqsuma f’żewġ fażijiet li ser ikollhom ġurija separata mmexxija mill-Maestro Costantine Orbelian li huwa direttur artistiku tal-Akkademja Nazzjonali tal-Armenja. Ma’ TVM huwa tkellem dwar il-kriterji li ser tuża l-ġurija biex tagħżel l-aħjar pjanist.

Id-direttur artististiku tal-European Foundation for Support of Culture li qed ittella’ l-Malta International Music Festival qal li l-livell tal-festival huwa wieħed għoli ħafna għax daħlu għall-kompetizzjoni ta’ pjanisti rinomati u li diġà rebħu festivals internazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sqalli ta’ 23 sena minn Tas-Sliema, ġie akkużat li kkawża ġrieħi ħfief lil anzjan u li kiser il-paċi pubblika fi Triq il-Kbira, Birkirkara. Francesco Raffreddato, li qal li jaħdem bħala…

Kronaka

Somalu ta’ 23 sena ġie akkużat li ħebb u hedded bil-mewt lil sidt ta’ ħanut tal-massaġġi fil-Marsa, li serqilha l-mobile u ammont żgħir ta’ flus kontanti. Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispetturi Spiridione…

Aktar