Barranin
70% tan-nisa li jkollhom l-ewwel fażi ta’ kanċer tas-sider jistgħu jevitaw il-kimoterapija

Riċerka li saret mill-Albert Einstein Cancer Centre fi New York uriet li madwar 70%tan-nisa li jkollhom l-ewwel fażi ta’ kanċer tas-sider jistgħu jiġu evitati mill-agunija tal-kimoterapija. It-tobba qalu li ir-riżultati ta’ din ir-riċerka jistgħu jbiddlu l-prattika li tintuża sa llum fl-aqwa sptarijiet u kliniċi li jindirizzaw dan il-kanċer fir-Renju Unit. L-istudju wera li nisa li jkunu fil-fażi bikrija ta’ kanċer tas-sider jistgħu jiġu ikkurati biss b’operazzjoni u terapija ormonali, u mhux bil-kimoterapija.

Sal-lum il-kimoterapija tintuża wara operazzjoni biex tnaqqas ir-riskju li l-kanċer jinfirex jew li jerġa jitfaċċa. Ir-riċerka qalet li l-kimoterapija ssalva l-ħajjiet imma għandha effetti oħra bħal infertilita’, uġigħ fin-nervituri, għejja kbira u l-mara tħossha ma tiflaħx tant li tibda tneħħi. Konsulent fl-isptar magħruf internazzjonalment, Royal Marsden fl-Ingilterra, qal li din hi aħbar tajba ħafna u li se twassal għal bidla fundamentali fuq il-kura li għandha tingħata l-mara li tagħmel operazzjoni minħabba kanċer fis-sider.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Zac Oliver, tifel Ingliż ta’ 4 snin minn Broseley, Shropshire, ibati minn kanċer rari li jista’ jiġi kkurat biss fl-Amerka. Il-familja ta’ Zac għamlu diversi kampanji għall-ġbir ta’ fondi biex…

Kurżitajiet

L-eks goaler tar-Real Madrid, Iker Casillas kien mingħalih ser jiekol ikla għall-kwiet f’ristorant f’Porto meta f’daqqa u l-ħin gawwi bil-ġuħ ħassarlu l-gost kollu. F’ritratt li l-goaler tella’ fuq il-profil tiegħu…

Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qalet li hemm xogħol iebes biex jingħelbu d-differenzi kbar li hemm mal-Unjoni Ewropea dwar il-fruntiera tal-Irlanda bit-tama li jintlaħaq ftehim għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea….

Aktar