Immigrazzjoni
700 immigrant jiddaħħlu l-Italja f’jum wieħed

Madwar 700 immigrant iddaħħlu l-Italja wara li kienu salvati minn għaqdiet volontarji u l-gwardji kostali Taljani.

Permezz tal-vapur “Ocean Viking” l-għaqda SOS Mediterranee salvat 236 immigrant li kienu fuq żewġ dinghies mentri l-gwardji kostali u l-pulizija tal-fruntiera tal-Italja salvaw 532 oħra.

Waqt li l-ewwel grupp iddaħħal f’Sirakuża fi Sqallija, it-tieni wieħed iddaħħal fil-gżira ta’ Lampedusa.

Sadanittant l-għaqda Sea-Watch  salvat mat-308 immigrant ieħor f’diversi salvataġġi u qed titlob lill-Italja u Malta biex idaħħluhom.

Skont il-Ministeru tal-Intern Taljan s’issa kienu madwar 9,000 l-immigranti li ddaħħlu fil-pajjiż matul din is-sena.