Lokali
7,000 persuna jżuru d-Domus Romana u l-Katakombi ta’ San Pawl

Heritage Malta tat opportunità oħra għall-pubbliku biex jiskopri l-wirt tal-istorja tal-Gżejjer Maltin. Illum kemm Domus Romana u l-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat kienu miftuħa mingħajr ħlas. Huwa stmat li aktar minn 7,000 persuni ħadu din l-opportunità u żaru dawn s-siti storiċi.

Eluf ta’ persuni Maltin u barranin qattgħu sigħat sħaħ josservaw il-fdalijiet li nstabu fil-katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat li kien ċimiterju imqatta’ fil-blat fi żmien l-epoka Rumana f’Malta.

Il-Katakombi taħt l-art fih oqbra tat-tfal u adulti anke ta persuni li kienu jħaddmu twemmin differenti fosthom il-Lhud li kienu jgħixu f’Malta.

Il-gwida ta’ Heritage Malta Diandra Spiteri Scorey spjegat li l-katakombi ta’ San Pawl huwa l-ikbar wieħed f’Malta u huwa mifrux fuq 10,000 metru kwardru ta’ art.

Il-fdalijiet miġbura minn dawn il-katakombi fosthom oġġetti tal-fuħħara tar-riti tad-dfin u għadam jitfgħu dawl dwar kemm kienu jgħixu n-nies f’dawk iż-żminijiet normalment mhux aktar minn 50 sena.

Jingħad ukoll li mill-evidenza li nstabet jidher lin-nies dak iż-żmien ma kinux jitwalu ħafna. Mad-difna kienu jitpoġġew diversi oġġetti minħabba lit-twemmin kien li wara din il-ħajja hemm ħajja oħra.

Din l-opportunità kulturali qed tingħata diversi drabi fis-sena bil-għan li l-pubbliku jkollu opportunità jifhem ferm aktar l-oriġini li sawruh.

Aħbarijiet Oħra
Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 22 ta’ Lulju 2018: Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu storja li tgħid grupp ta’ depożitanti tal-bank Pilatus…

Edukazzjoni

Il-qari huwa importanti iżda kemm hu faċli li nġorru ktieb u naqrawh? Ninsabu fl-eqqel tas-sajf – loġikament l-iktar staġun mill-erbgħa li matulu żgħar u kbar ikollhom ftit ħin iżjed mis-soltu…

Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Aktar