Lokali
7,000 ruħ se jingħataw it-tieni doża tal-vaċċin qabel iż-żmien ippjanat

Mas-sebat elef ruħ li kienu skedati biex jieħdu t-tieni doża tal-Astra Zeneca se jingħataw it-tilqima qabel ma kien ippjanat biex ikunu mħarsa kontra l-varjant Indian Delta.

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw li Malta hija l-uniku pajjiż li qed iħaffef il-proċess. TVM jista’ kkonferma dan ma’ nies li rċevew appuntament għat-tieni doża ġimgħa jew ġimagħtejn qabel ma kien ippjanat l-ewwel darba.

Bħalissa l-varjant Indian Delta qed ikun il-kawża għal żieda qawwija ta’ każijiet ta’ Covid 19 fir-Renju Unit.