Lokali
Il-membri tas-soċjetà tal-minjaturi b’wirja ta’ bosta inġenji mibnija bi preċiżjoni u dedikazzjoni

Il-membri tas-soċjetà tal-minjaturi ta’ bosta inġenji mibnija bi preċiżjoni u dedikazzjoni li teħtieġ paċenzja ta’ Ġobb qed itellgħu l-wirja annwali tagħhom ġewwa l-Mużew Marittimu fil-Birgu.

L-wirja fiha kollezzjoni impressjonanti ta’ mudelli minn ajruplani militari sa karozzi lussużi b’uħud minnhom anke rebħu kompetizzjonijiet internazzjonali.

Wayne Zammit membru fl-kumitat tal-Soċjetà, qal li skopra n-namra tiegħu ta’ età żgħira. Qal li dan id-delizzju jeħtieġ ħafna ħin imma jagħtik is-soddisfazzjon.

“Ix-xogħol jiddependi fuq is-suġġett u l-mudell, hemm min jagħmel xahar u hemm min jagħmel snin. Jinkludi dedikazzjoni kbira u attenzjoni għad-dettall kif ukoll riċerka għall-istorja biex il-mudell ikun kemm jista’ jkun accurate.”

Is-Soċjetà ilha tippromwovi dan id-delizzju għal dawn l-aħħar 38 sena. Il-wirja fil-Mużew Marittimu fil-Birgu se tkun għall-wiri sa nhar it-Tlieta u matulha membri tas-soċjetà ser ikunu qed jaħdmu fuq minjaturi li għandhom f’idejhom bħalissa.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar