COVID-19
72 każ ġdid ta’ Covid-19, ifiqu 20 persuna

L-awtoritajiet tas-saħħa llum ħabbru numru rekord ta’ każijiet, dak ta’ 72. Dan huwa l-ogħla numru ta’ każijiet sa mill-bidu tal-pandemija mill-bidu ta’ Marzu lil hawn.

L-għadd ta’ testijiet kien it-tieni l-ogħla s’issa u dan kien jammonta għal 2,435.

Jirriżulta wkoll li fiequ għoxrin persuna oħra, biex l-għadd ta’ każijiet attivi huwa ta’ 557.

OFFICIAL COVID-19 figures for 15•08•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Gepostet von saħħa am Samstag, 15. August 2020

Aħbarijiet Oħra

Heritage Malta ħabbret li se tkun qed tiftaħ għadd ta’ siti mix-xahar li ġej. Fi stqarrija l-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, Noel Zammit, qal li l-aġenzija qed toħroġ b’inizzjattivi varji…

Raġel Franċiż ta’ 23 sena li joqgħod is-Swieqi weġġa’ serjament wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu waqa’ f’San Ġiljan. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Santu Wistin għall-ħabta tal-4.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu vettura ġdida biex tagħmilha iktar possibbli biex jiġu salvati nies jekk jinqala’ xi inċident f’bini għoli. Il-vettura nxtrat mill-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif fl-aħħar snin żdiedu l-binjiet…

Aktar