Lokali
73 post ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-Swatar b’investiment ta’ €6 miljuni

Wieħed mill-proġetti tal-Gvern fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali qed isir fis-Swatar fejn qed jinbnew sitt blokli bi 73 appartament. Ix-xogħol ta’ skavar beda f’Jannar u bħalissa qed isir ix-xogħol fuq il-livell tal-garaxxijiet u l-ewwel soqfa. Dan ix-xogħol, qed isir b’investiment ta’ ftit aktar minn sitt miljun ewro u huwa parti mill-1,700 post ta’ housing li qed isiru mill-Malita Investiments,

Waqt żjara fuq is-sit, is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes qal li l-ħsieb hu li sa April tas-sena d-dieħla jkun tlesta l-bini tal-appartamenti. Minbarra dawn l-appartamenti se jkun hemm spazju pubbliku ta’ 400 metru kwadru.

Il-Ministru Konrad Mizzi f’isem project Malta li qed tikkordinaw dawn il-progetti, qal li l-postijiet qed jinbnew mill-kumpanija mwaqqfa mill-Gvern, il-Malita, li mbagħad jinkrew lill-Awtorità tad-Djar. Il-Ministru Mizzi qal li l-Gvern se jkompli jaħdem fuq l-aspett soċjali biex jaċċerta li kulħadd ikollu dritt għall-akkomodazzjoni diċenti u mobilità soċjali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Matul il-maratona ta’ 60 siegħa futbol u volleyball inġabru €1,688,209 b’risq Puttinu Cares. Kienu bosta li matul tmiem il-ġimgħa li għadda marru sal-Marsa Sports Ground, b’uħud ipparteċipaw f’xi logħba u…

Kisbiet

Il-karozzi Bentley u Rolls Royce huma distintivi u magħrufa għal-lussu. Kristian Cini għad għandu sbatax-il sena, iżda għalkemm għad m’għandux l-età biex isuq, huwa dilettant kbir tal-karozzi Bentley u Rolls-Royce….

Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Aktar