Edukazzjoni
75 sena minn meta l-Karmelitani fetħu l-Kulleġġ Saint Elias

Il-Kulleġġ Saint Elias qed ifakkar il-75 sena mit-twaqqif tiegħu. L-ewwel skola ta’ dan il-Kulleġġ infetħet fl-1944 fil-Kunvent tal-Patrijiet Karmelitani fil-Belt Valletta minn fejn mexa lejn Santa Venera.

Fl-1944, fil-kunvent tal-Patrijiet Karmelitani fil-Belt infetħet l-ewwel skola tal-Karmelitani f’Malta bl-isem ta’ Scola Mariano Apostolica. Fl-1952, il-Patrijiet Karmelitani ddeċidew li jkabbru din l-iskola u marra Santa Venera fejn illum hemm iċ-Ċentru Parrokkjali fi Triq il-Kbira San Ġużepp. Ittieħdet id-deċiżjoni li minn Scola Mariano Apostolica l-Kulleġġ jingħata l-isem ta’ Mount Carmel College, dan għaliex l-għolja tal-Karmel hi l-post f’Israel fejn fis-seklu 9 qabel Kristu kien jgħix il-Profeta Elija u fejn fis-seklu 13 wara Kristu twaqqaf l-Ordni Karmelitana.

Fis-snin sittin beda l-proġett għal skola ġdida fejn tinsab illum. Ħdax-il sena ilu l-Kulleġġ biddel ismu għal Saint Elias College. F’għeluq il-75 sena mill-bidu tal-Kulleġġ, żorna l-iskola f’Santa Venera li għandha 240 student. Ir-rettur tal-Kulleġġ, Patri Jurgen Cucciardi, tkellem fuq il-missjoni li l-Kulleġġ ifittex li jwettaq mal-istudenti tiegħu.

“Infittxu li nilqgħu lil kulħadd għaliex kulħadd għandu l-abbilitajiet tiegħu, kulħadd għandu l-mod tiegħu kif jirnexxi fil-ħajja. Ma nagħtux każ biss ta’ dak li hu akkademiku imma wkoll affarijiet oħrajn bħal sports, attivitajiet differenti li nagħmlu matul is-sena skolastika.”

L-Għalliem tar-Reliġjon, Fabio Borg, enfasizza li din il-professjoni hi vokazzjoni mal-istudenti.

“Nippruvaw ngħinnu jaslu biex fil-ħajja tagħhom jirċievu ċertu valuri li se jgħinnuhom għada pitgħada fis-soċjetà, bħal pereżempju li jkunu inklussivi, li jkunu jħossuhom parti mill-komunita’ ta’ hawnhekk, fejn nippruvaw ngħinnuhom joħorġu t-tajjeb ta’ kull wieħed minnhom.”

Tkellimna ma’ student li ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ Saint Elias u issa jinsab fl-aħħar sena tas-sekondarja.

Danil Vorobjov qal “ħadt ħafna gost nistudja hawn. Għamilt ħafna ħbieb u din l-esperjenza nibqa’ niftakarha ħajti kollha għax hawnhekk ħajti kienet. Hawnhekk fejn ġibt l-istudji tiegħi.”

Danil qalilna li jħoss li nghata l-edukazzjoni tiegħu f’ambjent ta’ familja fejn kulħadd ingħata l-importanza tiegħu, irrispettivament mill-ħiliet u l-kisbiet tiegħu.

Aħbarijiet Oħra

Is-servizz tas-saħħa pubblika kompla jissaħħaħ bl-ingaġġ ta’ 125 infermier din is-sena, is-sena ddedikata għall-infermiera u l-qwiebel. Din hija l-ewwel sena li ssieħbu fis-servizz tas-saħħa infermiera li ggradwaw mill-Università ta’ Northumbria….

Raġel ta’ 49 sena residenti Ħaż-Żabbar, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. Kienu għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu, xħin il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet ħabta fi Triq…

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela, qal fil-ħidma biex jintlaħqu l-miri għal żvilupp sostenibbli mfassla minn Nazzjonijiet Magħquda, il-Gvern qed jara opportunjitajiet ġodda ta’ xogħol għaż-żgħażagħ li jsarrfu f’ġid ambjentali….

Ftit tal-jiem qabel il-ftuħ tas-Sena Forensi, il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis laqqa’ l-Kamra tal-Avukati u l-Aġenżija tal-Qorti. Il-Ministru Zammit Lewis qal li fil-laqgħa ntlaħaq qbil dwar kif se jimxu ‘l…

Aktar