Immigrazzjoni
77 persuna oħra salvati mill-FAM u trasferiti fuq ir-raba’ bastiment mikri

Il-lejl li għadda l-Armata Maltija salvat 77 immigrant ieħor li kienu fiż-żona tat-tiftix u salvataġġ ta’ Malta. Fl-aħħar sigħat l-immigranti ġew trasferiti fuq ir-raba’ bastiment li l-Gvern kera mill-kumpanija Supreme Cruises.

B’hekk issa hemm total ta’ 443 immigrant – kollha irġiel – li jinsabu fuq erba’ bastimenti madwar 13-il mil nawtiku ‘l barra mill-kosta Maltija. Waqt li l-portijiet Maltin bħalissa huma magħluqin, Malta qed tkompli tinsisti għas-solidarjetà Ewropea.

L-immigranti ġew salvati ftit qabel ma l-Prim Ministru Robert Abela żar il-Libja, fejn kellu taħditiet mal-Prim Ministru tal-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali, Fayez al-Sarraj, b’rabta mal-immigrazzjoni.

Fl-aħħar xahar, il-gwardja tal-kosta Libjana waqfet mas-sitt mitt immigrant li kienu għadhom kif telqu mil-Libja b’rapporti li l-allegat traffikanti qed jheddu lill-uffiċjali tal-gwardja Libjana u lil qrabathom.

Fl-aħħar xhur, azzjonijiet u pożizzjonijiet li ħadet Malta dwar il-Libja bagħtu messaġġi li ġew innutati mill-komunita’ internazzjonali.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo, innota l-pressjoni li qed issir biex fost l-oħrajn tirrilaxxa kunsinja ta’ kważi biljun ewro f’dinari Libjani li s-sena li għaddiet ġew interċettati f’Malta u li allegatament kienu maħsuba għal Ġeneral Haftar li jmexxi l-Lvant tal-Libja.

Ara wkoll:

Il-Prim Ministru jasal lura mil-Libja wara taħditiet dwar l-immigrazzjoni

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħareġ każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 809 swab test. Dan huwa każ lokali li feġġ fil-komunità, bil-persuna infettata li ma kellhiex sintomi. Il-Ministeru għas-Saħħa…

Qorti

Annise Bejaoui ta’ 31 sena ntbagħat tliet snin u sitt xhur ħabs filwaqt li tilef garanzija personali ta’ €10,000 wara li nstab ħati ta’ tentattiv ta’ serq kif ukoll bi ħsara volontarja…

Turiżmu

Malta ġiet ippremjata b’ Connoisseur Circle Hospitality Award bħala l-aqwa destinazzjoni kulturali din is-sena. It-tim tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fil-Ġermanja rċieva l-unur tal-Cultural Getaway of the Year 2020, bħala l-aħjar destinazzjoni…

Knisja Maltija

Id-Djoċesi ta’ Għawdex ħabbret li l-konsagrazzjoni ta’ Monsinjur Anton Teuma bħala d-disa’ isqof tad-djoċesi u l-ingress solenni tiegħu fil-Katidral fil-Belt Victoria ser isir fit-13 ta’ Settembru filgħaxija. Bħala motto għall-episkopat…

Aktar