Lokali
79% tan-nies f’Malta huma sidien ta’ djarhom

L-istħarriġ Ewropew dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għejxien sab li f’Malta li inqas minn 11% tan-nies f’Malta joqogħdu fi propjetà mikrija waqt li kważi 79% huma sidien ta’ djarhom. Dawn jgħoddu 148,000 familja u l-maġġoranza tagħhom m’għandhomx dejn fuq darhom.

L-istħarriġ li sar fost erbat elef familja, sab li 3.4% tal-persuni f’Malta joqogħdu f’postijiet meqjusa żgħar għaliex kull persuna singula ma jkollhiex kamra għal rasha. Il-maġġoranza tagħhom huma postijiet mikrija.

L-istħarriġ sab li terz tad-djar Maltin għandhom ħamest ikmamar. Joħroġ ukoll mill-istħarriġ tal-Eurostat li kważi 74% tal-familji li huma sidien ta’ darhom li qatt ma ħadu self jew ħallsu s-self li kellhom biex xtraw ir-residenza tagħhom. Jirriżulta wkoll li hemm persentaġġ ogħla ta’ persuni mingħajr tfal li jgħixu f’postijiet mikrija.

Huma inqas minn 20% li jqisu l-ispejjeż biex ikolhom saqaf fuq rashom bħal piż kbir. L-istħarriġ li jirrelata mal-istatistika dwar il-persuni fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali sab li dawn il-persuni huma l-aktar milquta ħażin anke fil-qasam tal-housing.

B’reazzjoni, il-Ministru għall-Familja Michael Falzon fi stqarrija qal li dawn iċ-ċifri huma sinifikanti fost oħrajn għax fl-aħħar ħames snin, id-djar ġodda li huma abitabbli żdiedu b’31,600. Żied jgħid li disgħa minn kull għaxart idjar huma ta’ familji li huma sidien ta’ darhom. Innota wkoll li n-numru ta’ familji li jikru żdied b’1,700 għal ftit anqas minn 40,000. Il-Ministru Falzon żied jgħid li dawn huma riżultati verament pożittivi meta wieħed iqis it-tkabbir li seħħ fil-popolazzjoni fl-aħħar snin.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-Karnival iferraħ lil ħafna nies, minn tfal sa kbar, b’nies bħal Ġeorge Żahra li ilu nvolut fil-Karnival għal nofs seklu. Iħossu qisu tifel meta jasal Frar u jibda r-Renju tal-bluha….

Riċerka

L-użu tal-Malti u l-Ingliż ser jiġi analizzat permezz ta’ serje ta’ seminars organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Malti taħt il-patriċinju tal-President George Vella. Thomas Pace, id-direttur tal-Kunsill Nazzjonali tal-Malti qal li l-istudju…

Stejjer Umani

F’Dar Frate Jacoba f’Marsaskala, sibna żewġt itfal qed jiġu mgħallma s-sengħa tar-raħħala, b’nagħġa għadha twelled u qed tisqi lill-frieħ tagħha. Fr Ray Scicluna li ilu jmexxi d-dar qalilna li t-tmint…

Agrikultura

Ras għal ras il-Maltin huma t-tieni l-aktar li jiġġeneraw skart fid-djar tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Skont ċifri tal-Eurostat, kull Malti jiġġenera medja ta’ 647kg skart fis-sena. Jaqbżuna biss id-Daniżi li jiġġeneraw…

Aktar