COVID-19
8 każijiet ġodda ta’ Covid-19, 17 oħra mfejqa

Wara li l-Ħadd li għadda għall-ewwel darba ma kien hemm l-ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, illum kienu kkonfermati 8 każijiet ġodda, wara li lbieraħ saru 1,072 swab.

Is-Supretendent tas-Saħħa qalet li dawn itellgħu t-total ta’ persuni pożittivi f’Malta għal 458. Qalet ukoll li b’kollox 303 fiequ, għalhekk sal-lum f’Malta hawn 151 każijiet attivi.

Qalet li l-istrateġija ta’ swabs żdiedet, u b’kollox s’issa saru fuq 30,000 test. Fosthom saru 146 test fuq l-immigranti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far, li minnhom 5 nstabu pożittivi. Dawn huma kollha rġiel, tlieta mis-Somalja ta’ 19, ta’ 20 u ta’ 23 sena, ieħor mis-Sudan ta’ 31 sena u ieħor min-Niġerja ta’ 20 sena.

It-tliet każijiet l-oħra jinkludu raġel Ingliż ta’ 52 sena li jgħix Malta. Huwa beda bis-sintomi fl-20 ta’ April bid-deni, sogħla, uġigħ ta’ ras u remettar. L-awtoritajiet tas-saħħa għaddejjin bil-contact tracing mal-familja u fuq il-post tax-xogħol fejn hu jaħdem ma’ kumpanija privata.

Każ ieħor u ta’ mara Maltija ta’ 29 sena li hija healthworker. Hija bdiet bis-sintomi fis-26 ta’ April bi griżmejha juġgħuha u għejja. Il-Professur Gauci qalet li din il-mara ħadmet l-aħħar jumejn qabel bdiet tħoss is-sintomi u għalhekk qed isir contact tracing ma’ tal-familja.

Mara oħra Maltija ta’ 32 sena rriżultat pożittiva għall-virus minkejja li kien ilha bis-sintomi ta’ griżmejha juġgħuha, nuqqas ta’ xamm u għejja mis-6 ta’ April. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li dawn każi qed ikunu frekwenti għaliex din il-mara normalment tbati mill-allerġiji u għalhekk reġgħet appellat lil dawk li jbatu bl-allerġiji biex jekk jaraw sintomi differenti jew jiżdiedu, iċemplu l-helpline 111 biex jiġu ttestjati għall-Covid-19. F’dan il-każ, l-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħmlu contact tracing tal-membri tal-familja u tal-post tax-xogħol.

Segwi hawn is-servizz:

Segwi hawn il-konferenza sħiħa:

Is-Supretendent għas-Saħħa tindirizza konferenza stampa dwar il-Covid-19

Is-Supretendent għas-Saħħa tindirizza konferenza stampa dwar il-Covid-19

Gepostet von Television Malta am Dienstag, 28. April 2020

Ara wkoll:

“Iktar ma tfittex iktar issib” – ikomplu jiżdiedu t-testijiet għall-Covid-19

Studjata l-possibbiltà li l-vaċċin għat-tuberkolożi jilqa’ għall-Covid-19

Is-Supretendent tas-Saħħa twieġeb fuq il-ftuħ tal-ajruport u l-iskejjel

Il-maġġoranza jobdu, iżda jkollha tintuża l-liġi fejn ikun hemm bżonn

Aħbarijiet Oħra
Safar

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta qalet li qed tipprepara għall-mod ġdid ta’ vjaġġar u avżat li mill-1 ta’ Ġunju 2020 il-passiġġieri jridu bilfors jilbsu maskra…

Trasport

Ħafna mis-servizzi ta’ trasport bl-ajru u l-baħar waqfu jew naqqsu sew mill-frekwenza. Mhux l-istess jista’ jingħad għat-trasport pubbliku li bħala servizz essenzjali baqa’ għaddej b’mod regolari anke tul il-perjodu tal-pandemija….

COVID-19

Il-pandemija ħarbtet il-pjani ta’ ħafna koppji li kellhom jiżżewġu f’dan il-perjodu ferm imfittex tas-sena u spiċċaw kellhom jipposponu ż-żwieġ tagħhom. Skont ċifri ta’ Identity Malta fl-aħħar xahrejn u nofs aktar…

COVID-19

Baqgħu isiru l-ispezzjonijiet biex ikun assigurat li l-pubbliku qed jobdi l-avviżi legali ntiżi biex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu seba’ persuni f’ġemgħat t’aktar minn 6 persuni f’postijiet pubbliċi skont…

Aktar