COVID-19
AĠĠORNAT: 7 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta

Tħabbru 7 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta bin-numru totali ta’ infettati issa tela’ għal 195.

Dan ħabbritu s-Supertendent għas-Saħħa Charmaine Gauci waqt konferenza stampa. Qalet li b’kollox s’issa saru 8,287 swab tests.

Fost il-każijiet il-ġodda hemm mara Maltija ta’ 22 sena li tiġi minn persuna li marret vaganza l-Marokk. Din il-familja kienu diġà qegħdin fi kwarantina.

Każ ieħor huwa ta’ raġel Filippin ta’ 36 sena li ma sifirx u ma kellux kuntatt ma’ persuni li siefru. Dan mar ix-xogħol, iżda ftit kien kellu kollegi, u kellu wkoll żewġ persuni jgħixu miegħu. Dawn kolla tpoġġew fi kwarantina.

It-tielet każ hu ta’ Malti ta’ 48 sena li ma sifirx, dan mar għax-xogħol meta kellu s-sintomi, u għalhekk l-awtoritajiet poġġew sebgħa min-nies taħt kwarantina.

Malti ieħor ta’ 27 sena li wkoll ma sifirx, u wkoll kien għax-xogħol, għalhekk erba’ impjegati tpoġġew taħt kwarantina.

Mara Maltija ta’ 59 sena wkoll ittestjat pożittiva. Din kellha kuntatt ma’ żewġ persuni oħra fil-familja li kienu diġà ttestjaw pożittivi, u kienu diġa fi kwarantina kollha kemm huma.

Mara oħra Maltija, din id-darba ta’ 43 sena, ittestjat pożittiva. Din ma kinitx taħdem, u sar contact tracing tal-familja tagħha.

Każ ieħor huwa ta’ mara Maltija 26 sena li hija ‘healthcare worker’, din kienet fuq il-post tax-xogħol, u għalhekk l-impjegati fix-xift tpoġġew taħt kwarantina, u qed jiġu osservati wkoll il-pazjenti għal xi sintomi.

Prof Gauci qalet li iktar ma jgħaddi żmien, iktar qed jidher li s-sintomi jistgħu jvarjaw. Filwaqt li ħafna għandhom sintomi respiratorji, qed jidhru wkoll sintomi oħra bħal diahorrea, remettar, uġigħ fil-griżmejn u nuqqas ta’ togħma u xamm.

Ara hawn il-konferenza sħiħa:

Is-Superintendent għas-Saħħa tindirizza konferenza stampa dwar il-Covid-19

Gepostet von Television Malta am Donnerstag, 2. April 2020

Ara wkoll:

Il-Covid-19 jista’ jimmanifesta ruħu b’sintomi gastro-intestinali

 

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija u Finanzi

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, ikkonfermat li l-industrija Maltija kompliet tkun fost l-aħjar fl-Unjoni Ewropea. Dan meta minkejja l-pandemija, bejn April u Mejju 2020 kien hemm żieda ta’…

Radju

L-Awtorità tax-Xandir fi stqarrija avżat li se jkun hemm qtugħ fit-trasmissjoni tar-radju, is-Sibt 25 ta’ Lujlu, l-ewwel u t-tieni t’Awwissu. Ma’ dawn se jkun affettwat ukoll TVM1 u TVM2 HD…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr li huwa qatt aktar mhu se jafda Membri Parlamenti li minn żmien għal żmien urew li m’għandhomx fiduċja fih. Huwa qal li…

Lokali

Instab il-ftehim fil-prinċipju li kien ġie ffirmat mill-Gvern mal-Vitals Global Healthcare. Kelliem għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru kkonferma li l-memorandum of understanding għadda għand l-Awditur Ġenerali. Dan il-ftehim kien sar qabel ma…

Aktar