Lokali
8 persuni jinħelsu mill-akkużi ta’ traffikar ta’ droga – il-Qorti tagħti tort lill-gvernijiet

Tmien persuni nħelsu mill-akkużi li kienu qed jittraffikaw id-droga f’każ li jmur lura 17-il sena. Il-Qorti tat it-tort lill-gvernijiet minħabba li qalet li tul is-snin irrifjutaw li jdaħħlu l-liġi tad-dritt tal-avukat matul l-interrogazzjoni. Dawn it-tmien persuni kienu ġew arrestati f’Novembru tal-2002 bħala parti minn grupp ta’ 19-il persuna li allegatament kienet tagħmel parti minn ċirku ta’ traffikar tad-droga li kien jitmexxa min-nies li kienu diġa qed iservu sentenza l-ħabs.

Fl-2001 il-pulizija kellhom informazzjoni dwar pjan li kien qed jinħema mill-ħabs bl-għajnuna ta’ nies li l-ħabsin kellhom barra, għall-importazzjoni ta’ kunsinni kbar ta’ droga. F’operazzjoni konġunta bejn il-pulizija Maltija u dik Taljana, dan il-pjan kien sfratta.

Wara li analizza l-evidenza, il-Maġistrat Francesco Depasquale kkonkluda li ma setgħetx tingħata sentenza ta’ ħabs, l-iżjed minħabba l-fatt li ħafna mill-evidenza, fosthom l-istqarrijiet li saru lill-pulizija mingħajr il-preżenza ta’ avukat, kellha tiġi dikjarata mhux valida minħabba żviluppi legali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Hekk kif diversi parroċċi qed jiċċelebraw il-festa ta’ San Marija, f’diversi rħula lbieraħ kien hemm wirjiet spettakolari tan-nar. Fl-Imqabba lbieraħ kien hemm spettaklu li paxxa l-għajnejn ta’ dawk li raw…

Edukazzjoni

Żgħażagħ u adolexxenti mis-Salesian Brigade u grupp ta’ żgħażagħ Franċiżi qed jikkampjaw f’ambjent nieqes mill-kumditajiet bil-għan li jitgħallmu affarijiet bażiċi tal-ħajja. F’din l-esperjenza qed ipoġġu fil-prattika t-tagħlim dwar il-ħarsien tal-ambjent…

Ġurnali

Din hija ħarsa ħafifa lejn l-istejjer fuq il-faċċata tal-ġurnali tal-lum l-Erbgħa 15 t’ Awwissu: Il-ġurnali kollha dalgħodu jirrapppurtaw it-traġedja li seħħet ilbieraħ f’Genova l-Italja fejn ċediet parti mill-Pont Morandi li…

Lokali

Il-Partit Nazzjonalista qal li r-reputazzjoni tas-settur tas-servizzi finanzjarji mhix tittieħed bis-serjetà. Fi stqarrija qal li l-iskiet tal-Gvern u l-FIAU dwar kif il-President Veneżwelan u persuni qrib tiegħu allegatament ħaslu b’…

Aktar