Qorti
8 persuni l-Qorti b’rabta ma’ prostituzzjoni wara rejd tal-Pulizija

Żewġt irġiel Maltin u sitt tfajliet Kolombjani tressqu l-Qorti fuq każi marbuta ma’ prostituzzjoni.

L-Ispetturi Joseph Busuttil u Roxanna Tabone, mill-iskwadra ta’ kontra l-vizzji, akkużaw lil Don Spanjol u Luke Farrugia mill-Gżira li kienu qed jgħixu mill-prostituzzjoni u li użaw il-proprjetà tagħhom f’Tas-Sliema biex isservi ta’ burdell. Quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, l-ispetturi xehdu li l-pulizija għamlu rejd u sabu lin-nisa għerwenin mal-klijenti tagħhom.

L-Avukat, Giannella De Marco talbet għall-ħelsien mill-arrest għaż-żewġt akkużati iżda l-Qorti ma laqgħetx it-talba. Separatament tressqu wkoll is-sitt nisa Kolombjani li għandhom bejn 18 u 26 sena.

It-tfajliet uħud bid-dmugħ f’għajnejhom ammettew l-akkużi ta’ prostituzzjoni. Il-Qorti kkundannathom sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal erba’ snin. Fl-awla dehru jifirħu u jitgħannqu meta ġew infurmati li mhux se jintbagħtu lura f’pajjiżhom, fejn skont l-Avukat tagħhom, Gianluca Caruana Curran, ħarbu biex jevitaw il-faqar u l-ġuħ.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar