Barranin
8 politiċi fit-tellieqa biex jieħdu post Theresa May

Fir-Renju Unit telgħu għal tmienja l-politiċi s’issa, li daħlu fit-tellieqa biex jieħdu post Theresa May bħala Mexxej tal-Partit Konservattiv wara li ħabbret li se tirriżenja fi żmien ġimagħtejn oħra. Il-mexxej il-ġdid, li eventwalment ikun ukoll Prim Ministru, mistenni jintgħażel sal-aħħar ta’ Lulju. Il-Ministru tal-Ambjent Michael Gove huwa t-tmien politiku li daħal fit-tellieqa.

L-ex Segretarju għal Brexit Dominic Raab u l-ex mexxej tal-Commons Andrea Leadsom ħabbru l-intenzjoni tagħhom fil-gazzetti tal-Ħadd. Huma ngħaqdu mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Jeremy Hunt, il-Ministru tal-Iżvilupp Internazzjonali Rory Stewart, mal-Ministru tas-Saħħa Matt Hancock, il-Ministru tal-Pensjonijiet Esther McVey u d-deputat Boris Johnson, li kienu minn tal-ewwel li ħabbru l-intenzjoni tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-possibiltà ta’ ftehim emendat dwar Brexit jiddependi fuq il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, iżda tenna li r-Renju Unit għandu jkun imħejji li jitlaq sal-31 ta’…

Barranin

Ħames persuni tilfu ħajjithom wara li ajruplan żgħir u ħelikopter ħabtu u ġġarrfu fi Spanja. It-traġedja seħħet fuq il-gżira Mallorca għall-ħabta tas-1.35 ta’ waranofsinhar. Qed ikun irrappurtat li fil-ħelikopter kien…

Barranin

Frank u Carmen Sant, Maltin li jgħixu l-Awstralja, tilfu ħajjithom matul il-lejl li għadda wara li kienu involuti f’inċident f’Sydney. Il-każ kien irrappurtat mill-midja Awstraljana u anki minn dik Ingliża,…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong użaw il-gass tad-dmugħ biex iwaqqfu protesti kontra l-gvern f’subborg industrijali wara li l-attivisti waddbu bombi tal-petrol u bricks. Dan seħħ hekk kif ċ-Ċina ħelset ħaddiem tal-konsulat tar-Renju…

Aktar