Għawdex
80 applikazzjoni għall-iskema ta’ rifużjoni għall-impjiegi ġodda f’Għawdex

Bl-iskema ta’ rifużjoni ta’ parti mil-paga għall-impjiegi f’Għawdex li tnediet sena ilu nħolqu 80 impjieg ġdid. Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana qalet li kien hemm 32 kumpanija li gawdew mill-Gozo Employment Scheme li biha l-Gvern jagħti lura sa massimu ta’ €6,000 għal kull ħaddiem ġdid fuq kuntratt ta’ iktar minn tliet snin.

L-iskema ta’ rifużjoni għall-impjiegi f’Għawdex magħrufa bħala Gozo Employment Scheme kienet tħabbret għall-ewwel darba fil-Budget għall-2018 bil-għan li s-settur privat jiġi inċentivat joħloq iktar postijiet tax-xogħol għal ħaddiema f’Għawdex.

Bl-iskema, il-Gvern beda jagħti lura sa massimu ta’ €6,000 għal kull impjieg ġdid fuq kuntratt ta’ mill-inqas tliet snin.

Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana qalet li l-iskop aħħari tal-iskema huwa li min iħaddem joffri pagi aħjar, taħriġ biex jitjibu l-ħiliet tal-ħaddiema Għawdxin, kif ukoll titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol bħal miżuri favur il-familja.

Dr Caruana qalet li bejn is-sejħa tas-sena li għaddiet u din is-sena kien hemm 80 applikazzjoni għar-rifużjoni minn 32 kumpanija.

Il-Ministru Caruana qalet “il-Ministeru għal Għawdex qed jgħin lis-settur privat però mill-banda l-oħra rridu nassiguraw li dan l-investiment li qed nagħmlu fin-nies u l-ħaddiema tagħna ikun verament rifless fil-kundizzjonijiet tax-xogħol li jingħataw”.

Il-Ministru qalet li jrid jiġi assigurat li dawn il-fondi qegħdin verament jilħqu l-miri tagħhom u għalhekk qed issir verifika tal-miri maqbula. Spjegat li qed issir ħidma biex Għawdex jattira setturi ġodda li huma sostennibli u konformi mal-istrateġija għall-iżvilupp reġjonali tal-gżira.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar