Kronaka
80 ħaddiema li jgħixu f’lukanda magħluqa b’avviż ta’ infurzar ordnati jmorru joqogħdu f’post ieħor

80 ħaddiem barrani li nstabu joqogħdu f’lukanda f’Tas-Sliema li suppost hi magħluqa b’avviż ta’ infurzar ġew ordnati mill-Awtorità tat-Turiżmu biex imorru joqogħdu f’post ieħor.

Television Malta jinsab infurmat li dawn il-barranin li qed jaħdmu fuq proġett lokali diġà nstabilhom post alternattiv mill-kumpanija li qed tħaddimhom. Ġie vverifikat li l-ħaddiema kollha ġew Malta qabel id-data li bdiet tapplika l-kwarantina obbligatorja. Il-każ ġie riferut ukoll lill-awtoritjiet tas-saħħa.

Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa nqabdu żewġ persuni oħra jiksru l-liġi u ġew immultati €3,000 kull wieħed.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Aktar