COVID-19
80 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 177 oħra mfejqa
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 80 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, minn 2,192 swab test li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 177 oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 6,831 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 9,004 persuna pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,060 każ attiv.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każijiet irrappurtati lbieraħ, 25 huma membri tal-familja ta’ każijiet pożittivi, 3 huma kollegi ta’ persuni pożittivi u 10 kienu f’kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi.