COVID-19
80 każ ġdid ta’ COVID-19 f’Malta, 63 persuna oħra jfiqu

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 80 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, minn 2,811 swab tests li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 63 oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 3,630 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 5,578 persuna pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 1,895 każ attiv. B’kollox s’issa mietu 53 persuna.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każijiet irrappurtati lbieraħ, 31  huma membri tal-familja ta’ każijiet pożittivi, 8 huma kollegi ta’ persuni pożittivi, 8 kienu f’kuntatt dirett ma’ każi pożittivi, każ huwa minn Paceville u 2 każijiet oħra importati u 3 minn attivitajiet soċjali.