Lokali
82 mara jitolbu l-għajnuna tal-Abortion Support Network

Sena wara li l-Abortion Support Network estendiet is-servizzi tagħha għal Malta, 82 mara talbu l-għajnuna għall-abort fl-Ingilterra.

Fi stqarrija, l-Abortion Support Network qalet li minn 82 talba hija għenet b’mod finanzjarju l-ivvjaġġar, il-konsultazzjonijiet u l-abort għal 10 nisa.

L-età tan-nisa li għamlu kuntatt mal-Abortion Support Network tvarja bejn 19 u 46 sena.

Spjegat li l-maġġoranza tan-nisa li għamlu kuntatt magħha ma kellhomx problema finanzjarja iżda riedu aktar informazzjoni. Kompliet tgħid dawk li ngħataw għajnuna finanzjarja ngħataw £8,882.74 fi grants.

L-Abortion Support Network qalet li fost dawk li talbuha l-għajnuna kien hemm min li mal-ħin iddeċidew li ma jagħmlux l-abort u jkomplu bit-tqala.

Il-fundatriċi tal-Abortion Support Network, Mara Clarke qalet li waqt li mhux kuntenta li l-Maltin qed ikollhom jitolbu l-għajnuna tagħhom, hija kuntenta li qed tkun ta’ servizz f’Malta.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

COVID-19

Għalkemm il-virus Covid 19 għadu mhux megħlub għalkollox u l-vaċċin kontrih jista’ jieħu bosta xhur oħra sakemm jiġi żviluppat u tibda l-produzzjoni tiegħu, bosta pajjiżi reġgħu bdew ibexxqu l-bieb tas-sistema…

COVID-19

Wara aktar minn xahrejn mċaħħda milli jaraw lill-qraba anzjani tagħhom, għadd kbir ta’ qraba bdew jingħataw l-opportunità li jaraw lil qrabathom minn wara l-perspex. Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vincenz de…

Aktar