Lokali
84 arrestati u 91 mixlija bi traffikar ta’ droga fi 8 xhur

Aktar minn 80 persuna ġew arrestati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga, u aktar minn 90 ġew akkużati li wettqu dan l-istess reat mill-bidu tas-sena 2021 sal-aħħar ta’ Awwissu li għadda.

Dan joħroġ minn żewġ tweġibiet li ta l-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri lid-deputat Beppe Fenech Adami, li staqsa kemm kien hemm każijiet ta’ traffikar ta’ droga li nqabdu mill-Pulizija mill-1 ta’ Jannar li għadda kif ukoll kemm tressqu persuni akkużati bi traffikar ta’ droga bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Awwissu li għadda.

Il-Ministru qal li matul l-imsemmijin tmien xhur, 84 persuna ġew arrestati u 91 kienu mixlija bi traffikar ta’ droga.