Partit Nazzjonalista
84 firma minn 200 li sejħu biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali tal-PN mhumiex validi – PN

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma invalidi. Skont l-istatut tal-Partit, il-Kunsill Ġenerali jista’ jitlaqa’ b’talba ta’ 150 membru.

Fl-istqarrija, Kristy Debono qalet li mill-eżerċizzju ta’ verifika li għamlet fuq il-firem tal-petizzjoni rriżulta li 84 mhux validi fost oħrajn għax uħud minnhom mhumiex membri fil-Kunsill Ġenerali, oħrajn għax naqsu li jħallsu t-tessera u oħrajn għax l-isem u l-kunjom tal-persuna ma qablux mal-karta tal-identità.

Madankollu, il-President tal-Kunsill qalet li ser tgħaddi l-petizzjoni lill-Kumitat Eżekuttiv biex fi kliemha jinbeda l-proċess biex jissejjaħ il-Kunsill Ġenerali u biex titfassal u tiġi approvata l-aġenda tiegħu.

Dan l-eżerċizzju sar wara li l-ex kandidat u membru tal-eżekuttiv Ivan Bartolo ppreżenta l-petizzjoni b’mitejn firma, 50 aktar minn dak li jitlob l-istatut tal-Partit Nazzjonalista.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Il-PN b’5 nomini għal 3 karigi, petizzjoni biex jiġi diskuss il-futur ta’ Adrian Delia

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar