Lokali
8,487 firma kontra l-iżvilupp f’Manoel Island

L-Għaqda Inħobbu l-Gżira, li hija vuċi kontra l-iżvilupp fuq Manoel Island, qalet li minkejja l-petizzjoni li ressqet quddiem il-Kumitat tal-Petizzjonijiet bi 8,487 firma, din għadha ma ġietx diskussa fil-Parlament.

Fi stqarrija qalet li lbieraħ tressqet petizzjoni oħra ffirmata minn 916 ċittadin lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti. F’Diċembru li għadda, l-Għaqda bdiet kampanja kontra l-iżvilupp f’Manoel Island.

L-Għaqda Inħobbu l-Gżira qalet li fi Frar kienet ressqet appell ieħor lill-Prim Ministru f’petizzjoni b’7,571 firma.Qalet li l-petizzjoni għalqet f’April iżda għadha qatt ma tressqet fil-Parlament.

Spjegat li l-Awtorità tal-Ippjanar kienet approvat il-Masterplan ta’ Manoel Island, madankollu Flimkien għal Ambjent Aħjar ippreżentat appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.

Qalet li minkejja li l-Masterplan għadu taħt appell, fit-18 ta’ Lulju l-Kummissjoni tal-Ippjanar approvat ix-xogħlijiet ta’ skavar. Spjegat li dan seħħ minkejja r-riskju li hemm minħabba li f’dik iż-żona hemm bini ta’ wirt storiku. Qalet li sal-lum, il-fdalijiet Rumani misjuba f’qiegħ il-baħar madwar Manoel Island għadhom ma ġewx investigati għalkollox.

L-Għaqda Inħobbu l-Gżira qalet li ma saret ebda valutazzjoni tal-impatt li dan il-proġett se jkollu fuq saħħet ir-residenti.

Ara wkoll:

Approvat il-masterplan il-ġdid għal Manoel Island

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli tistqarr li jkun żball jekk il-kannabis tiġi ppreżentata bħala sustanza li tista’ tintuża għal skop rikreattiv. Waqt il-programm Ras imb ras hija spjegat x’se jagħmel…

Lokali

Il-quddiesa tal-lejla fil-Knisja ta’ Santu Wistin il-Belt, li fiha Patri Deo Debono, kien wieħed mill-konċelebranti kienet l-aħħar waħda tiegħu fil-pubbliku, almenu għalissa. Dan wara li l-Arċisqof Charles J. Scicluna ddeċieda…

Parlament

Il-binja tal-Parlament baqgħet tagħmel l-ilma u dan minkejja skont l-Ispeaker Anglu Farrugia saru xogħlijiet ta’ manuntenzjoni biex tiġi indirizzata l-problema li kienet mill-bidu nett u li kkawżat problemi kemm għall-impjegati…

Aktar