Lokali
85 skola ppremjati għall-ħidma ambjentali

85 skola madwar Malta u Għawdex iċċelebraw il-kisbiet li qed jagħmlu fil-ħidma tagħhom biex iqarrbu lit-tfal lejn in-natura permezz tal-programm ta’ edukazzjoni ambjentali Dinja Waħda, ta’ Bird life Malta.

Dan il-programm hu mifrux fost l-istudenti kollha fl-iskejjel mill-kindergarten sas-sekondarja.

Fis-settur tal-primarja 42 skola ġew ippremjati bil-Gold Award, tmien skejjel ingħataw is-Silver Award, skola waħda ħadet il-Bronze Award u oħra rċeviet award speċjali għall-inizjattivi ta’ tagħlim ibbażati fin-natura. Ħames skejjel ingħataw il-Blue Banner – premju għall-iskejjel li jkunu rebħu l-Gold Award tliet snin wara xulxin.