Unjoni Ewropea
85% tal-impjiegi jeħtieġu ħiliet diġitali

Sa ftit tas-snin ilu, li tkun taf taqra u tikteb kienu essenzjali għal kwalunkwe tip ta’ impjieg. Illum il-ġurnata, il-folja nqalbet, għaliex il-ħiliet essenzjali saru dawk diġitali.

Il-Kummissjoni Ewropea tistma li waqt li l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema llum huma mistennija li jkollhom ħiliet diġitali bażiċi, huma biss 56% tal-Ewropej li għandhom dawn il-ħiliet. F’Malta, 51% tal-popolazzjoni qed tesperjenza nuqqas ta’ dawn il-kapaċitajiet.

Kawża ta’ dan, hemm bżonn sostanzjali li individwi li qegħdin ifittxu xi forma ta’ impjieg mhux biss ikunu kwalifikati fil-qasam li jinteressahhom, imma li jkollhom ukoll il-kapaċitajiet diġitali sabiex ikunu effettivi fix-xogħol ta’ kuljum tagħhom. Barra minn hekk, biex timxi ’l quddiem fid-dinja tax-xogħol trid taġġorna ruħek mal-bidliet avvanzati fid-dinja tat-teknoloġija.

Dan il-bżonn iwassal għall-ħtieġa li tingħata iktar importanza lill-edukazzjoni diġitali, fejn il-kapaċitajiet tal-istudenti u tal-ħaddiema huma meqjusa bħala aspett essenzjali tal-ekonomija diġitali. Fil-fatt, in-nuqqas ta’ għarfien diġitali jista’ jxekkel l-innovazzjoni u jħalli impatt negattiv fuq it-tkabbir ekonomiku. Dan għaliex negozji u impjegati jridu jżommu ruħhom aġġornati mal-iżviluppi tekonoloġiċi li din l-istess revoluzzjoni diġitali qed twassal għalihom.

Sabiex tindirizza din il-problema, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi programm ġdid ta’ finanzjament għall-perjodu 2021-2027, li parti minnu se jmur għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet diġitali ta’ madwar 250,000 persuna madwar l-Ewropa. Il-programm hu mistenni li jinkludi eżerċizzji edukattivi, taħriġ speċjalizzat, kif ukoll opportunitajiet ta’ esperjenza diretta fuq il-post tax-xogħol.

Fuq livell lokali, huwa wkoll importanti li dawn in-nuqqasijiet jiġu indirizzati, b’mod partikolari għaliex l-ekonomija Maltija miexja b’mod b’saħħtu lejn industirji fejn l-innovazzjoni diġitali hi bżonn assolut. Dan jinkludi l-intelliġenza artifiċjali, e-sports, u l-iżvilupp ta’ logħob diġitali.

Fl-istess waqt, l-opportunità li wieħed isaħħaħ il-kapaċitajiet diġitali tiegħu ser tgħin lil dawk l-individwi li għandhom interess qawwi f’dawn l-industriji sabiex isibu dak l-impjieg li dejjem xtaqu. Iktar opportunitajiet edukattivi f’dawn l-oqsma jgħinu wkoll lill min iħaddem sabiex isib it-talent meħtieġ, u jsaħħu l-ekonomija tal-pajjiż.

Għaldaqstant, wieħed qatt m’għandu jaqta’ qalbu mill-possibiltà li jkompli javvanza, kemm fil-kapaċitajiet professjonali, kif ukoll dawk personali. Fl-aħħar mill-aħħar, l-edukazzjoni hi xi ħaġa li l-individwu qatt mhi telf.

Dan it-tagħrif ġie miġjub lilkom minn:

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru u l-gvern tilef il-leġittimità meta l-Prim Ministru ddefenda liċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri, wara li dan irtira libell…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li l-moviment Laburista hu konsistenti u kredibbli, u kapaċi joħloq il-ġid u jqassmu. Qal li din il-ġimgħa l-Oppożizzjoni kienet imħawwda bħat-temp…

Qorti

Axel Vella ġie mmultat elf ewro, u ngħata sentenza ta’ sena priġunerija sospiżi għal erba’ snin għax kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest f’każ li għadu qed jistenna quddiem il-Qorti dwar it-traffikar…

Aktar