Lokali
86 każ ġdid ta’ Covid-19, 56 ifiqu, 32 l-isptar

In-numru ta’ persuni li għandhom il-Covid huwa ta’ 643 wara li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 86 każ ġdid waqt li fiequ 56.

Fl-Isptar Mater Dei issa hemm 32 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba li għandhom il-virus b’żewġ persuni jinsabu fl-ITU.

Il-każijiet il-ġodda ħarġu minn 3,496 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet s’issa għal 1,152,894 u n-numru ta’ dawk li ħadu l-virus għal 35,602.

Bil-każijiet ġodda ta’ fejqan telgħu għal 34,128 dawk li, skont l-awtoritajiet, irkupraw mill-pandemija.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 788,292 doża tat-tilqima b’409,498 minnhom ikunu l-ewwel doża. Dawk li ħadu t-tilqima b’mod komplut huma 407,154.

Fl-aħħar 24 siegħa, tħabbret il-mewt ta’ żewġ anzjani waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. B’hekk, l-imwiet bil-virus telgħu għal 435.