COVID-19
86 każ ġdid ta’ Covid, 39 ifiqu

L-għadd ta’ persuni li għandhom il-Covid tela’ għal 954 wara li feġġew 86 każ ġdid ta’ Covid waqt li fiequ 39.

Fl-Isptar Mater Dei qed jingħataw il-kura 17-il pazjent li għandhom il-virus bi 2 minnhom jinsabu fl-ITU.

In-numru ta’ mwiet baqa’ ta’ 464 wara li bejn ilbieraħ u dalgħodu ma ġiet irrappurtata l-ebda mewt relatata mal-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 936,815 doża tal-vaċċin b’102,335 minnhom kienu l-booster.