Kronaka
9 jmutu wara li jaqa’ ajruplan fl-Iżvezja

Disa’ persuni tilfu ħajjithom wara li waqa’ ajruplan fl-Iżvezja madwar 160 kilometru mill-kapitali Stokkolma.

L-ajruplan iġġarraf viċin Orebro bil-Pulizija Żvediża tgħid li dawk kollha abbord mietu.

Minbarra l-pilota fuq l-ajruplan tal-għamla DHC-2 Turbo Beaver kien hemm tmien ‘skydivers’.

L-ajruplan kien għadu kemm ħalla l-ajruport ta’ Orebro qabel waqa’ u ħa n-nar.

Il-Prim Ministru Żvediż Stefan Lofven esprima l-kondoljanzi tiegħu mal-qraba.

Fl-2019 kien seħħ inċident simili fl-Iżvezja fejn ajruplan b’disa’ persuni, fil-parti l-kbira tagħhom ukoll ‘skydives’, iġġarraf.

L-investigazzjoni dwar dan il-każ ikkonkludiet li l-ajruplan kien mgħobbi żżejjed.