Lokali
9 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta – persuna fl-ITU

Ikkonfermati 9 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta bl-ammont totali ta’ infettati issa jitla’ għal 73.

Waqt konferenza stampa, is-Supertendent għas-Saħħa Charmaine Gauci qalet li lbieraħ saru 233 test li minnhom irriżultaw dawn il-każi ġodda.

Żiedet li l-pazjent anzjan ta’ 61 sena li ddaħħal ilbieraħ żviluppawlu xi kumplikazzjonijiet fil-pulmun, u issa ddaħħal fl-ITU għax il-qagħda tiegħu ma kinitx għadha stabbli.

L-ewwel każ ġdid ikkonfermat huwa ta’ tfajla Maltija ta’ 21 sena li ma kinitx imsiefra iżda kellha qariba li ġiet mill-Ingilterra. It-tfajla hija studenta universitarja, pero l-aħħar li attendiet kien fl-10 ta’ Marzu u għalhekk ir-riskju ta’ tixrid huwa minimu.

Każ ieħor huwa ta’ raġel Somalu ta’ 44 sena li mar Brussell u ddaħħal Mater Dei ilbieraħ. Huwa obda l-liġi ta’ kwarantina u l-uniku żewġ persuni li kellhom kuntatt miegħu huma dawk li jgħixu miegħu.

Raġel barrani ta’ 41 sena li huwa miżżewweġ Maltija wkoll ittestja pożittiv. Dan ma kienx imsiefer u ma kellux kuntatt ma’ xi ħadd pozittiv, u mhuwiex ċar minn fejn ħadu. Qed isir contact tracing tan-nies li seta’ ġie f’kuntatt magħhom, inkluż fuq il-post tax-xogħol.

Instab pożittiv ukoll Malti ta’ 55 sena li ma sifirx u lanqas kellu kuntatti ma’ nies sintomatiċi. Dan jaħdem f’kumpanija privata u mar għax-xogħol jum qabel ħarġulu s-sintomi, u għalhekk qed jiġu investigati n-nies li kellu kuntatt magħhom.

Każ ieħor hu ta’ Maltija ta’ 25 sena li tgħix l-Ingilterra u ġiet Malta fl-aħħar jiem. Din odiet il-liġi tal-kwarantina, u marret ġo flat waħedha, iżda ħarġulha s-sintomi meta waslet Mala. Għalhekk qed jiġu mfittxija n-nies li kienu fuq it-titjira magħha ħalli jiġu ttestjati.

Taljana ta’ 24 sena li tgħix l-Awstralja u ġiet Malta l-ġimgħa l-oħra. Din obdiet il-kwarantinau għamlet biss kuntatt ma’ nies li jgħixu fl-istess dar magħha.

Każ ieħor ikkonfermat huwa ta’ mara Maltija ta’ 49 sena ma sifritx, iżda kellha kuntatt ma’ persuna li kienet siefret u nqabdet bil-contact tracing. Din taħdem fi skola imma ma marritx sakemm setgħet kienet infettiva peress li l-iskejjel laħqu ngħalqu.

Indjan ta’ 30 sena li ma jaħdimx u ma sifirx ukoll ittestja pożittiv,. Dan kien jgħix ma’ persuna oħra li ħarġet pożittiv u li kienet imsiefra. Dan il-każ huwa wkoll meqjus contained.

Finalment ittestjat pożittiva mara Ingliża 68 sena li ġiet minn Londra. Din għamlet kwarantina u ma kellhiex kuntatt ma’ nies oħra.

Ara l-konferenza stampa kollha:

Gepostet von Television Malta am Samstag, 21. März 2020

Ara wkoll:

La hemm trasmissjonijiet lokali hemm ċans tlaqqat il-Covid-19 minn barra – il-Prof. Gauci

Min mar fl-ispiżerija ta’ Ħal Balzan mitlub joqgħod fi kwarantina

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ajruplan li kien fi triqtu lejn il-Ġappun bi provvisti mediċi ġġarraf fl-ajruport ta’ Manila, fil-Filippini fejn mietu 8 persuni li kienu abbord. Il-gvern Filippin kien se jibgħat għadd ta’ provvisti…

COVID-19

It-tliet deputati Nazzjonalisti Għawdxin, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu fi stqarrija li l-miżuri li tħabbru lbieraħ għall-isptar ta’ Għawdex huma fid-direzzjoni t-tajba, anke għax huma fost il-miżuri…

Lokali

Il-vjolenza domestika – pjaga moħbija tas-soċjetà li fi kriżi bħal din taf tgħolli aktar rasha. F’diversi pajjiżi fejn sar lockdown diġà rrappurtaw żieda fl-inċidenza tal-każi tal-vjolenza domestika. Il-kummissarju dwar il-vjolenza…

COVID-19

Ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li huma meqjusa bħala vulnerabbli minħabba kundizzjoni medika jistgħu jibqgħu jaħdmu b’għażla tagħhom. Dan qalitu s-Supertendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, meta mistoqsija minn Television Malta dwar l-avviż…

Aktar