COVID-19
9 każijiet ġodda ta’ Covid-19, ifiqu 29, ebda mewt

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew biss disa’ każijiet ġodda ta’ Covid-19 waqt li rkupraw 29 persuna.

Dan ifisser li fil-preżent in-numru ta’ każijiet attivi huwa ta’ 260.

Fl-istess waqt ma ġiet rappurtat ebda mewt biex in-numru ta’ vittmi baqgħu 416.

L-aħħar darba li l-każijiet ġodda kienu f’livell daqshekk baxx kien fit-30 ta’ Lulju meta wkoll kien hemm disgħa.

Il-każijiet il-ġodda feġġew minn 1,971 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 878,041.

B’dawn il-każijiet telgħu għal 30,420 il-persuni li ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna.

In-numru ta’ dawk li skont l-awtoritajiet irkupraw mill-pandemija issa tela’ għal 29,744.

Sal-jum tal-bieraħ kienu ngħataw 359,429 doża tat-tilqima b’112,731 kienu t-tieni doża.