COVID-19
9 każijiet tal-COVID-19 f’Għawdex

F’Għawdex bħalissa hemm disa’ każi attivi tal-COVID-19.

Dan qalu l-Ministru t’Għawdex Clint Camilleri fuq il-mezzi soċjali. Qal li waqt il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta’ Għawdex talab lil Prof. Charmaine Gauci sabiex fil-weekly Covid-19 updates, tinforma lill-pubbliku bl-ammont ta’ każijiet attivi f’Għawdex, liema talba ġiet milqugħa.

Qal li Prof Gauci kkonfermat li f’Għawdex hemm 9 każijiet attivi jiġifieri madwar 2% biss tal-każijiet attivi f’pajjiżna u li ħadd mhu rikoverat l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.