Qorti
9 xhur ħabs wara li nstab ħati li avviċina lil ommu u talabha l-flus meta l-Qorti ordnatlu biex ma jersaqx lejha

Darryl Luke Borg ta’ 34 sena ġie kkundannat għal disa’ xhur ħabs wara li nstab ħati li nġurja lil ommu, kiser ordni ta’ protezzjoni mposta mill-Qorti sabiex ma jersaqx qrib ommu u talli kiser kundizzjonijiet tal-Qorti.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo ordnat ukoll li l-akkużat jitpoġġa taħt ordni ta’ trattament għal 24 xahar biex jiġi mgħejjun jegħleb il-vizzju tad-droga u ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għal ommu Jane Borg għal perjodu ta’ tliet snin.

Il-każ imur lura għas-26 ta’ Ottubru 2019 meta l-akkużat mar il-ħanut ta’ ommu f’Birkirkara u talabha l-flus. Ommu, Jane bdiet tgħidlu biex joħroġ barra u bil-kommossjoni li qamet, in-nies li kien hemm fil-ħanut telqu ‘l hemm. Għalhekk l-omm għalqet il-ħanut u flimkien ma’ bintha marru l-għassa biex jagħmlu rapport.

Tul it-triq, l-akkużat beda jiftaħ il-bieba tal-karozza ta’ ommu u jitlobha l-flus u beda jgħidilha li kien hemm xi nies Għarab qed jiġru warajh. Meta ra li ommu ma kinetx se ċċedi, baqa’ jgħajjat u pprova jeħodilha l-mobile. Ommu qalet lill-pulizija li binha għandu problema ta’ droga u li hemm fis-seħħ ordni ta’ protezzjoni.

Mix-xhieda fil-Qorti ħareġ fost oħrajn li Darryl Luke Borg għamel programmi ta’ rijabilitazzjoni mid-droga, iżda wara ftit jerġa’ jaqa’ fil-vizzju. Il-Qorti rat il-fedina penali kkulurita tal-akkużat u nnotat li ngħata diversi opportunitajiet biex jirriforma ruħu iżda baqa’ għaddej fil-ħajja żbaljata tiegħu.

Il-Qorti kkundannatu għal disa’ xhur ħabs li minnhom għandu jitnaqqas il-perjodu ta’ żmien li għamel taħt arrest preventiv.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Dalgħodu f’Għawdex għall-ħabta tad-9 a.m. ntlemaħ kadavru fil-baħar, qrib il-Bajja ta’ San Blas, f’Għawdex. Il-Pulizija mid-Distrett t’Għawdex marru mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk sabu żewġ persuni li indikaw fejn huma kienu lemħu…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 31 każ ġdid ta’ Covid-19 fost 2,135 swab test. Qalu wkoll li fl-istess perjodu ġew iddikjarati li rkupraw 54 persuna li 44…

Lokali

Yorgen Fenech u għadd ta’ priġunieri f’Diviżjoni numru 17 fil-Faċilità Korettiva ta’ Kordin bdew strajk tal-ġuħ. Kelliem għad-difiża tal-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kkonfermat li Yorgen Fenech u…

Saħħa

140 student u studenta temmew b’suċċess l-istudji tagħhom fl-Università ta’ Malta u laħqu infermiera u issa jinsabu lesti sabiex jibdew joffru s-servizz tagħhom fil-komunità. Fi stqarrija ir-Rettur tal-Università il-Professur Alfred…

Aktar