Barranin
9 xhur kura għall-kanċer u 2 operazzjonijiet ma jwaqqfuhiex milli tikseb il-ħolma tagħha

Wara disa’ xhur kura għall-kanċer, żewġ operazzjonijiet u tliet ġimgħat ta’ taħriġ Bibian Mentel-Spee rebħet il-midja tad-deheb waqt il-Winter Paralympic.

Il-mara Ġermaniża ta’ 45 sena kellha r-rebħa tagħha u żammet f’idejha t-titlu fl-isnowboard cross, nhar it-Tnejn li għadda, 10 ġimgħat wara li għamlet operazzjoni fl-ispina ta’ daharha minħabba l-kanċer.

F’Lulju li għadda Mentel Spee reġa’ ħarġilha l-kanċer għad-disa’ darba. Hija qalet li tul is-sajf  ħadet 48 terrapija bir-radjazzjoni. Qalet li matul is-sajf hija ġiet rikoverata imma l-kanċer u r-radjazzjoni ħallew effetti ħżiena fuqha. Spjegat li t-tobba qalulha li jekk ma tagħmilx l-operazzjoni qiegħda f’riskju li tibqa’ pparalizzata għax kellha riskju li tikser għonqa. Dak il-ħin hi ġiet konxja li huwa ta’ periklu li tkompli tippratika l-isport tagħha għax waqgħa waħda taf tħalli riperkuzzjonijiet kbar.

Għaldaqstant hija għamlet operazzoni qabel il-Milied u oħra ftit wara l-Ewwel tas-Sena. Wara l-operazzjoni t-tobba serħulha rasha dwar għonqa u qalulha li tista’ terġa’ tirritorna għall-isport tagħha.

Fl-2002 hija kienet se tipparteċipa fl-Olimpjadi iżda l-ħolma tagħha kienet spiċċat ħesrem meta t-tobba kienu sabulha kanċer fl-għaksa. Hija kienet għamlet operazzjoni f’saqajha u 4 xhur wara rritornat lura għall-isport tagħha fuq is-silġ.

Fl-2014 hija saret l-ewwel mara li rebħet midalja tad-deheb fl-isnowboard cross. Hi ddominat l-isport b’4 titli dinjin f’żewġ kampjonati fl-2015 u 2017.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tiffaċċja sejħiet biex tirriżenja minn Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Konservattiv hekk kif ħafna Membri Parlamentari Konservattivi mhux jilqgħu l-pjan li ressqet biex ikun…

Saħħa

Pazjenti li kellhom puplesija kkawżata minn emoroġija fil-moħħ jistgħu jieħdu l-aspirina biex inaqqsu r-riskju li jerġgħu jsofru minn puplesija jew problemi f’qalbhom. L-aspirina traqqaq id-demm u t-tobba kienu kawti biex…

Barranin

Raġel fl-Italja li qabad titjira b’oħra tagħtu rasu meta nduna li niżel fl-ajruport il-ħażin. Il-każ seħħ it-Tnejn li għadda, meta minn Pisa l-passiġġier qabad titjira ta’ Ryanair lejn Bari, minflok…

Barranin

Filmati li qed iduru d-dinja, qabdu l-mument li meteora xegħlet b’dawl qawwi s-sema fl-Awstralja. Dan ġara lbieraħ filgħaxija meta bosta żoni fl-Awstralja t’isfel inħasdu hekk kif is-sema xegħlet għal ftit…

Aktar