Lokali
90% tal-Maltin kburin bil-wirt kulturali ta’ Malta

Fl-okkażjoni tal-festa nazzjonali ta’ Jum ir-Repubblika, Heritage Malta fetħet il-bibien ta’ żewġ siti tagħha u tat l-opportunità lill-pubbliku jżurhom mingħajr ħlas. Dan seħħ ftit jiem biss wara li stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea wera li l-Maltin fil-maġġoranza kbira tagħhom għandhom għal qalbhom il-wirt kulturali ta’ pajjiżhom.

Id-Domus Romana fir-Rabat u l-Mużew Nnazzjonali tal-Istorja Naturali fl-Imdina laqgħu mijiet ta’ viżitaturi li ħadu l-opportunità li tingħata minn żmien għal żmien minn Heritage Malta biex trawwem apprezzament akbar tal-wirt kulturali fost il-Maltin. Jidher li inizjattiva bħal dawn jinżlu għasel ma’ bosta maltin.

tvm.com.mt tkellem ma’ xi nies li kienu qed iżuru l-Mużew u qalu li “illum kienet inizjattiva tajba min-naħa ta’ Heritage Malta li fetħet Domus Romana u l-Mużew tal-Istorja Naturali bħala free entrance u apparti hawnhekk ser immorru l-Birgu”.

90% tal-Maltin kburin bil-wirt kulturali ta’ Malta

Dan l-interess mill-Maltin fis-siti storiċi ġie konfermat fi stħarriġ tal-Eurobarometru li sar għall-Kummissjoni Ewropea. Dan wera li 90% tal-Maltin huma kburin bil-wirt kulturali tal-pajjiżhom. Dan huwa saħansitra 5% aktar mil-medja tal-Unjoni Ewropea.

 

57% żaru monumenti jew postijiet storiċi

Iżda l-istħarrig wera wkoll li 57% biss qalu li żaru monumenti jew postijiet storiċi. 51% emmnu lir-responsabiltà tal-kura ta’ dawn il-postijiet għandha tkun f’idejn l-Awtoritajiet Maltin u mhux f’idejn entitajiet oħra fosthom dawk Ewropej.

36% tal-Maltin jilmentaw li ma għandhomx ħin biex iżuru postijiet kulturali

Fl-istħarriġ wera ukoll li 36% tal-Maltin bħal ċittadini oħra Ewropea lmentaw li ma jsibux ħin biex iżuru dawn il-postijiet. Wera wkoll li 23% tal-Maltin qalu li l-prezz tad-dħul fis-siti storiċi huwa problema għalihom.

 

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Michelle Paris hija mużiċista u kompożitiriċi li l-passjoni kbira li għandha għall-mużika tradizzjonali Irlandiża ddistingwietha bir-rebħ ta’ midalji prestiġjużi lil hinn minn xtutna. Il-mużika tradizzjonali Irlandiża għandha għeruq li jmorru…

Kultura

Il-Feniċi – poplu mil-Lvant Nofsani li waqfu kolonja tagħhom f’Malta fl-ewwel millenju Qabel Kristu. Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda bbażata fuq il-kummerċ marittimu li firxet tul il-Baħar Mediterran u dan jistgħu…

Stejjer Umani

Iċ-ċkejken Katriel Zahra tant maħbub għall-ispirtu altruwist tiegħu minkejja li jbati minn kundizzjoni rari, dalgħodu wettaq ħolma oħra li kellu, li jaqta’ x-xagħar ta’ tifel bħalu b’risq il-Malta Community Chest…

Knisja Maltija

L-Azzjoni Kattolika Maltija għaddejja bi proġett biex dar li għandha f’Ħal Balzan tinbidel f’post li tkun tista’ tagħti kenn lill-familja jew persuni li għal xi raġuni jew oħra jispiċċaw ma…

Aktar