Lokali
91 każ ġdid ta’ Covid, 125 ifiqu, 36 l-isptar

Fl-aħħar 24 siegħa ġew rappurtati 91 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 125. B’hekk, it-total ta’ każijiet attivi issa huwa ta’ 2,194.

In-numru tal-vittmi tal-Covid tela’ għal 423, wara li bejn ilbieraħ u llum anzjan ta’ 95 sena u ieħor ta’ 86 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

In-numru ta’ pazjenti rikoverati l-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid huwa ta’ 36. Pazjenta minnhom, tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

Il-każijiet il-ġodda feġġew minn 3,862 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 1,079,695.

In-numru ta’ persuni li ħadu l-virus mindu feġġ f’Malta f’Marzu 2020 issa tela’ għal 33,995.

Dawk li, skont l-awtoritajiet, irkupraw mill-pandemija jlaħħqu t-30,982.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 750,641 doża tal-vaċċin bi 396,087 ikunu l-ewwel doża. In-numru ta’ dawk li ħadu t-tilqima b’mod komplut tela’ għal 373,771.

Mill-142 każ ġdid li tħabbru lbieraħ, l-età medja kienet ta’ 35 sena.