Lokali
94 każ ġdid ta’ Covid, ifiqu 126, 39 l-isptar

Fl-aħħar 24 siegħa ġew rappurtati 94 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 126.

Dan ifisser li t-total ta’ każijiet attivi issa huwa ta’ 2,262.

In-numru ta’ dawk li jinsabu fl-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid tela’ għal 39. Pazjenta minnhom tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

Il-każijiet il-ġodda feġġew minn 3,136 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 1,071,802.

In-numru ta’ persuni li ħadu l-virus mindu feġġ f’Malta issa tela’ għal 33,762.

Dawk li, skont l-awtoritajiet, irkupraw mill-pandemija laħqu t-30,683.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 744,521 doża tal-vaċċin bi 393,062 ikunu l-ewwel doża. In-numru ta’ dawk li ħadu t-tilqima b’mod komplut tela’ għal 370,187.

Mill-127 każ ġdid li tħabbru lbieraħ 86 kellhom bejn 10 u d-39 sena bl-età medja tkun ta’ 33 sena.

In-numru tal-vittmi tal-Covid baqa’ 421.