COVID-19
95 każ ġdid ta’ Covid-19, 229 ifiqu, 33 l-isptar

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew 95 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 229.

Dan ifisser li n-numru ta’ każijiet attivi issa huwa 2,060.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 33 pazjent li qed jingħataw il-kura minħabba li għandhom il-Covid.

Tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

Il-każijiet il-ġodda feġġew minn 3,795 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 1,083,490.

In-numru ta’ persuni li ħadu l-virus mindu daħal Malta issa tela’ għal 34,090.

Dawk li, skont l-awtoritajiet, irkupraw mill-pandemija jlaħħqu t-31,211.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 751,546 doża tal-vaċċin bi 396,686 ikunu l-ewwel doża.

In-numru ta’ dawk li ħadu t-tilqima b’mod komplut tela’ għal 375,373.

Mill-91 każ ġdid li tħabbru lbieraħ l-età medja kienet ta’ 32 sena.

In-numru tal-vittmi tal-Covid baqa’ 423.