Saħħa
95% tat-tfal Maltin ħadu t-tilqim neċessarju

Il-Maltin huma fiduċjużi li t-tilqim kontra mard li jista’ jiġi evitat huwa effettivi. Dan joħroġ minn studju li sar f’140 pajjiż mill-Welcome Trust fir-Renju Unit li fost oħrajn wera li f’ċerti reġjuni tad-dinja hemm perċezzjoni negattiva tat-tilqim u dan qed jinkwieta lill-professjoni medika minħabba l-biża’ li jikber il-mard li jiġi evitat.

B’reazzjoni għal dan l-istudju li sar fost minn 140,000 ruħ, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, uriet sodisfazzjon li l-istudju wera li 95% tal-Maltin stqarrew li wliedhom ġew imlaqqma għal kontra ċertu mard. Il-Professur Gauci qalet li bis-saħħa t’hekk mard bħal ħosba naqsu drastikament fost it-tfal Maltin.

Ideat foloz li t-tilqim fit-tfal jista’ jkollu effetti mhux mixtieqa fuq is-saħħa tat-tfal komplew jiġu mxejna bi stħarriġ internazzjonali li sab li f’ħafna pajjiżi t-tilqim huwa fdat mill-maġġoranza tan-nies li jemmnu li huwa effettiv.

F’Malta, l-istħarriġ li sar mill-Welcome Trust tal-Ingilterra sab li 79% jemmnu li t-tilqim huwa sigur, 84% jemmnu li huwa effettiv kontra l-mard u 94% jemmnu li huwa importanti li tfal jitlaqmu. Il-fiduċja tal-Maltin fit-tilqim hija saħansitra aħjar minn ta’ pajjiżi fin-naħa t’isfel tal-Ewropa.

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li f’Malta r-rata għolja tat-tilqim tat-trabi qiegħda tgħin fil-ġlieda kontra l-mard bħal-ħosba, fejn is-sena l-oħra fl-Ewropa ġew rappurtati 35,000 każ.

“F’Malta għandna sitwazzjoni fejn għandna uptake tajjeb tal-MMR fit tfal u konsegwenza qegħdin naraw li aħna m’aħniex naraw daqshekk ħosba fit-tfal, imma l-każijiet li qed ikollna huma fl-adulti li ma ħadux din it-tilqima.”

Il-Professur Gauci sostniet li t-tilqim ma jikkawżax mard imma jipprovdi protezzjoni kontra l-mard. Hija appellat biex il-ġenituri jinformaw ruħhom minn sorsi li tista’ toqgħod fuqhom għal informazzjoni dwar it-tilqim.

“Jaraw sites tal-gvernijiet, għaliex dawk jibbażaw l-informazzjoni fuq evidenza li hija vera u jkellmu lill-professjonisti għax dak huwa l-aħjar mof kif tista’ tipproteġi lit-tfal tiegħek.”

Il-pubbliku Malti jista’ jara r-records dwar it-tilqim li jkun irċieva permezz tal-identità elettronika fuq is-sit tal-Gvern online https://myhealth-ng.gov.mt/

 

Aħbarijiet Oħra
Mużika

‘Touch’ hija diska ġdida mill-kantant Sebastian, u għandha filmat mużikali mżewwaq bil-lirika li tkompli mad-diska. Sebastian ħadem ma’ Matteo Depares u Aidan Cassar minn Wicked & Loud għall-kliem u l-mużika…

Kronaka

Ġuvnott ta’ 15-il sena sofra ġrieħi gravi wara li dal-lejl ittajjar f’San Ġiljan. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Sant Andrija għall-ħabta tas-1.00am. Il-ġuvnott, li huwa barrani u jgħix San…

Kisbiet

Kuntistabbli tal-Pulizija kklassifika fit-tieni post fl-Olimpijadi tal-Pulizija li saru fiċ-Ċina. Din kienet l-ewwel darba li l-korp tal-pulizija ħa sehem f’dawn l-Olimpijadi. Il-Kuntistabbli, Andrew Grech li hu wkoll atleta rinomat f’pajjiżna,…

Aktar