COVID-19
96 każ ġdid ta’ COVID-19, 128 oħra mfejqa

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 96 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 2,909 swab test li saru.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 128 oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 8,015persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 10,197 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,034 każ attiv.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li 23 każi kienu membri tal-familja ta’ persuni pożittivi, 8 każi minn fuq il-post tax-xogħol fejn kien hemm persuna pożittiva, 9 kienu f’kuntatt dirett ma’ persuna pożittiva u 4 minn attivitajiet soċjali.