Lokali
96 persuna barranija kienu vittmi ta’ traffikar f’Malta matul is-sentejn li għaddew

Fis-sentejn li għaddew kien hemm 96 persuna ta’ nazzjonalità barranija li kienu vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin f’Malta.

Dan intqal mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon fi tweġiba parlamentari lid-Deputat Nazzjonalsita Claudette Buttigieg.

Il-Ministru Falzon qal li f’kull sena kienu rrapurtati lill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali 48 persuna li kienet traffikata. F’kull sena, 29 minnhom kienu nisa.

Fl-2019 l-akbar għadd ta ‘persuni traffikati kienu ta’ nazzjonalità Filippina li minn 23, 15 kienu nisa.  Is-sena ta’ qabel l-akbar għadd ta’ persuni ttraffikati – 23 b’kollox – ġew mill-Ukrajna u li minnhom 12 kienu nisa.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Fekruna komuni tat-tip Carretta Carretta (loggerhead), li hija meqjusa bħala speċi tal-baħar fil-periklu li tgħib mid-dinja, daħlet tbid fil-bajja tal-Mixquqa. L-ERA flimkien ma’ Ambjent, Nature Trust -FEE Malta u Park…

Kronaka

Ingliż ta’ 41 sena minn Wied il-Għajn sofra ġrieħi serji wara li waqa’ minn gallarija matul il-lejl li għadda. L-inċident seħħ fi Triq il-Ħabs l-Antik l-Isla għall-ħabta tas-sagħtejn u għaxra…

Politika

Intemmet wara l-10 p.m. mingħajr ebda kumment lill-media laqgħa minn grupp ta’ madwar 16-il membru parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Għall-aħħar nofs tal-laqgħa attenda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia. Ingħaqad ukoll tard…

Aktar