Toroq
Attent jekk se tgħaddi minn Triq Villambrosa fil-Ħamrun

Kif jixhed ir-ritratt li ttella’ fuq il-midja soċjali, l-istat li tinsab fiha Triq Villambrosa fil-Ħamrun xejn mhu sigur.

Għalkemm l-aċċess għal din it-triq ingħalaq, xorta waħda tibqa’ tintuża mir-residenti li jgħixu ġo fiha.

Filwaqt li jifhmu li x-xogħlijiet fit-triq iridu jsiru, ir-residenti qalu li xorta waħda jinsabu mħassba dwar l-istat tat-triq. Il-gandott li hemm mikxuf fit-triq qiegħed perikoluż bil-karozzi tar-residenti u kull min jgħaddi bil-mixi fit-triq jispiċċa jkollu jikkalkula biex jgħaddi minn fuq biċċiet tal-injam irqaq.

Ir-residenti qed jitolbu biex tal-anqas jitqegħdu pjanċi tal-ħadid flok l-injam li hemm.

Fi Triq Villambrosa qed isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni.

Kunsillier tal-Ħamrun, Jurgen Grixti, qal li bagħat lil min hu responsabbli biex din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata kif għandu jkun.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Kompliet llum fil-Qorti il-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Maria-Lourdes u Angele Bonnici li allegatament inqatlu mill-iben/ħu l-vittmi – Joseph Bonnici. Fil-Qorti ta x-xhieda tiegħu l-missier tal-familja Bonnici, Paul li qed jiskonta sentenza…

Lokali

Fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa, is-simbolu Malti li jirrappreżenta l-pazjenti li jbatu mill-ALS, qal li ddaħħal b’urġenza l-isptar. Jidher li Bjorn ma kienx qed jieħu nifs sew iżda minkejja dan…

Knisja Maltija

Nhar is-Sibt li ġej 4 djakni djoċesani se jiġu ordnati saċerdoti.  L-ordinazzjoni presbiterali se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt fid-9.30am. L-4 saċerdoti ġodda huma Peter Ellul mill-Parroċċa ta’ San Pawl…

Lokali

Illum, il-President ta’ Malta George Vella jagħlaq 77 sena u qed iqatta’ għeluq sninu flimkien mal-atleti tal-basketball b’abbiltajiet imħallta. L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, il-Malta Basketball Association, Malta Wheelchair Basketball, Aġenzija…

Aktar