Reliġjon
Abbatini Maltin u Għawdxin jiltaqgħu mal-Papa Franġisku

Grupp ta’ abbatini Maltin u Għawdxin kellhom l-opportunità unika llum li jiltaqgħu mal-Papa Franġisku.

Il-grupp ta’ abbatini bħalissa qegħdin iservu fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.

Il-grupp huwa magħmul minn 14-il abbati mid-djocesi ta’ Malta u 6 mid-djocesi ta’ Għawdex flimkien ma’ Dun Frans Bonnici, Dun Mark Ellul u Joseph Bajada seminarista minn Għawdex.

Il-Papa staqsa kif inhuma l-Isqfijiet Maltin u deher kuntent bl-aħbar li Mons. Scicluna, Mons. Mario Grech U Mons. Pawl Cremona ordnaw lill-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Malta, Mons. Joe Galea Curmi. ħ

Il-Papa talab lill-abbatini biex jitolbu għalih u ta kuruna tar-Rużarju lil kull wieħed minnhom. Il-laqgħa tal-abbatini mal-Papa Franġisku intemmet bit-talb tas-sliema u l-qaddisa u l-barka tal-Papa fuq l-abbatini l-familji tagħhom.