Lokali
Abbozz ta’ liġi biex jinqatgħu l-abbużi fis-settur tal-gaming

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri qal li fl-aħħar sena mat-30 kumpanija tal-gaming tilfu l-liċenzja jew ġew irrifjutati għax m’għaddewx mill-iskrutinju tal-Awtorità tal-Logħob. Huwa qal dan fl-isfond ta’ rapporti li ħames kumpaniji tal-gaming Taljani b’allegazzjonijiet kriminali kontrihom fl-Italja mhux ser jibqgħu joperaw minn Malta. L-Awtorità tal-Logħob issospendiet il-liċenzja ta’ waħda minnhom, irtirat il-liċenzja ta’ kumpanija oħra waqt li tliet kumpaniji rrifjutaw li jkun investigati mill-Awtorità.

Intant f’dan l-isfond, is-Segretarju Parlamentari Schembri ta dettalji li liġi ġdida li se tibda tiġi diskussa fil-Parlament biex fi kliemu jsaħħaħ idejn l-Awtorità kontra l-attività kriminali fl-industrija u fl-istess waqt tipprovdi l-qafas leġislattiv biex l-industrija tal-gaming tikber f’ambjent regolat anke fl-interess tal-lagħba.

Il-liġi u r-regoli kollha fl-industrija tal-gaming ser jiġu miġbura f’liġi ġdida li tresqet fil-Parlament mis-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri.

F’konferenza tal-aħbarijiet huwa qal li dan l-abbozz qed jimmira li jġib l-industrija tal-gaming f’pajjiżna, iktar effiċjenti f’qafas regolat fl-interess ukoll tal-ġugaturi u li fuq kollox tissaħħaħ id l-Awtorità tal-Logħob kontra attivitajiet kriminali fosthom li jservu għall-ħasil tal-flus.

Parliamentary Secretary for Financial Services, Digital Economy and Innovation Silvio Schembri addresses a press conference on the new Gaming Legal Framework
Parliament Building, Valletta

Mistoqsi dwar rapporti li saru fuq mezzi tax-xandir dwar allegazzjonijiet ta’ kumpanniji Taljani li jużaw l-industrija għal skop ta’ ħasil ta’ flus, is-sur Schembri sostna li l-Awtorità kontinwament tindokra kontra dan u tieħu l-passi kollha meħtieġa fejn ikun hemm abbuż. Is-Segretarju Parlamentari Schembri argumenta li Malta għandha reputazzjoni tajba u b’din il-liġi ġdida ser tkompli ssaħħaħ ir-regolamentazzjoni.

Silvio Schembri qal li “apparti li l-industrija qed tikber b’madwar 12% fis-sena, b’din il-liġi se tikber b’4% iktar u li allura dan huwa settur importanti li nagħtuh l-importanza li jixraqlu.”

Iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Logħob Joseph Cuschieri qal li dan l-abbozz ta’ liġi ħa inkonsiderazzjoni l-iżviluppi b’rata mgħaġġla f’din l-industrija. Qal li l-abbozz qed jimmira li l-Awtorità tkun iktar effettiva fid-deċiżjonijiet tagħha, tnaqqas il-pizijiet regolatorji żejda u ssaħħaħ is-supervizjoni tas-settur. Is-sur Cuschieri qal li l-abbozz se jsaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur u jdaħħal aktar miżuri għal-loghob responsabbli.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-istorja ta’ Cinderella se tkun il-qofol tal-opra mill-pinna tal-kompozitur Malti tas-seklu dsatax Nicolo Isouard, li se tittella’ fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla fit-Teatru Manoel. Din se tkun it-tielet opra fil-programm ta’…

Lokali

Għall-ħabta ta’ nofsinhar, l-Imsaġar tal-Aħrax inbelgħu min-nirien, fl-istess post fejn kien qabad daqs xahar ilu. Fin-nirien tal-lum, jidher li ġew meqruda ammont konsiderevoli ta’ siġar tal-Prinjol li għandhom ‘il fuq…

Lokali

Malta kisbet punti tajbin fl-iscoreboard dwar l-innovazzjoni fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li ġie pubblikat illum fi Brussell. F’rapport ta’ aktar minn mitt paġna li janalizza diversi aspetti tal-innovazzjoni fil-pajjiżi tal-Unjoni…

Lokali

Ġie inawgurat ir-restawr tal-Bieb ta’ Hompesch. Ir-restawr sar mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Kultura u Gvern Lokali. Il-Bieb ta’ Hompesch inbena fl-1801 fuq ix-xewqa taż-Żabbarin ad unur il-Gran Mastru Hompesch,…

Aktar