Lokali
Abel Ebube huwa ż-żagħżugħ li miet fuq il-post tax-xogħol jumejn ilu

Iż-żagħżugħ li tilef ħajtu waqt li kien fuq il-post tax-xogħol jumejn ilu fl-Imġarr huwa Abel Ebube.

Ebube, Niġerjan ta’ 22 sena,li kien plejer tal-futbol Malti, miet meta kien qed iħott xi folji tal-ħadid, u l-ħadid waqa’ fuqu.

Fl-aħħar snin huwa kien jilgħab fil-kampjonat tal-MAFA – Malta Amateur Football Association fejn riċentament lagħab għal Versity AFC u fil-passat rebaħ anke l-kampjonat ma’ Birżebbuġa Tigers F.C. Ebube kellu wkoll esperjenza ta’ taħriġ mal-klabb Fgura United F.C.

Fuq il-mezzi soċjali diversi esprimew is-sogħba tagħhom għat-telfa ta’ Abel Ebube.